19 JAN 2018


Id-Dixxerniment

skont San Injazju ta’ Loyola

Organizzaturi: Il-Fraternità Sekulari Charles de Foucauld and Pastoral Formation Institute

Data: 12 u 19 ta’ Jannar 2018

Post: Catholic Institute, Floriana

Ħin: 6.00-8.00pm

Speaker: Prof. Edward Warrington

Għan:

Li niskopru xi tfisser il-kelma ‘dixxerniment’ u kif wieħed jista juża din l-għodda biex jasal li jagħmel għażliet u deciżjonijiet skont ir-rieda ta’ Alla - kemm fuq livell personali kif ukoll fi grupp – imdawwal mill-Vanġelu.

Se nirriflettu fuq l-attitudnijiet li jgħinuna nersqu għal dan il-proċess: kif ninfetħu għall-Ispirtu ta’ Alla u għall-grazzja tiegħu; kemm hi tassew pożittiva u mimlija fiducja l-immaġni li għandna ta’ Alla; kif nagħrfu l-ispirtu t-tajjeb mill-ispirtu ħażin; kif inġibu ruħna meta nsibuna fid-dlam; kif inżommu ħarsitna fuq il-Mulej Ġesù.

12 ta’ Jannar: L-għarfien tar-rieda ta' Alla għalija.

Nibdew billi nirriflettu fuq it-tħabbira tal-anġlu Gabriel lil Marija, li hi xbieha perfetta tad-dixxerniment, imbaghad nisiltu xi tagħlimiet li jgħoddu għas-sejħiet u l-għażliet tagħna.

19 ta’ Jannar: L-għarfien tar-rieda ta' Alla għall-komunità.

Nibdew billi nirriflettu fuq tliet xeni fil-Ktieb tal-Atti tal-Appostli li juru kif il-knejjes tal-bidu għarfu r-rieda ta' Alla fuq kwistjonijiet li setgħu jġibu firda u inkwiet. Wara, nisiltu tagħlimiet li jistgħu jgħinu lil gruppi u komunitajiet fid-dixxerniment.

Ibgħatilna email fuq:pfimalta@gmail.com

Applika sat-8 ta Jannar 2018

Ħlas: Euro 5



Find Us